27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/25
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2012 — Mische vs Il-Parlament
(Kawża T-642/11 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Klassifikazzjoni fi grad - Kompetizzjoni ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Żnaturament tal-fatti - Appell manifestament infondat)
2012/C 331/48
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Harald Mische (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Holland, J. Mische u M. Velardo, avukati)
Appellati: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u S. Alves, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Jensen u J. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011, Mische vs Il-Parlament (F-93/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
H. Mische għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 49, 18.2.2012
Full & Egal Universal Law Academy