20.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/10
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2012 — Technion u Technion Research & Development Foundation vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-657/11) (1)
(Rikors għal annullament - Sitt Programm Qafas għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni - Ittra li tħabbar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirkupra l-ammonti aġġustati sabiex jiġi eżegwit kuntratt ta’ finanzjament ta’ riċerka - Atti li ma jistgħux jiġu separati mill-kuntratt - Inammissibbiltà)
2012/C 319/18
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorreni: Technion — Israel Institute of Technology (Haïfa, l-Iżrael) u Technion Research & Development Foundation Ltd (Haïfa) (rappreżentanti: D. Grisay u D. Piccininno, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Calciu u F. Moro, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Ottubru 2011, li tħabbar l-ħruġ ta’ nota ta’ debitu għar-rimbors ta’ somma ta’ EUR 97 106,72, li tikkorrispondi għall-ammont tas-sommom aġġustati għall-kuntratt Nru 034984 (Mosaica), skont il-konklużjonijiet tal-verifika finanzjarja fir-rigward, b’mod partikolari, ta’ dan il-kuntratt, iffirmat fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni li jikkontribwixxi għat-twettiq taż-żona Ewropea ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni (2002-2006).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Technion — Israel Institute of Technology u Technion Research & Development Foundation Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 73, 10.03.2012
Full & Egal Universal Law Academy