2.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/18
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2012 — Spa Monopole vs UASI — Royal Mediterranea (THAI SPA)
(Kawża T-664/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Limitazzjoni tas-servizzi indikati fl-applikazzjoni għal trade mark - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 32/28
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: L. de Brouwer, E. Cornu u É. De Gryse, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Royal Mediterranea, SA (Madrid, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 1976/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SN/NV, u Royal Mediterranea, SA.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 65, 3.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy