Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Frar 2012 — Run2Day Franchise vs UASI — Runners Point (Run²)
(Kawża T‑64/11)
“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Run² — Trade marks Komunitarji verbali u figurattiva preċedenti RUN2DAY — Trade mark Benelux figurattiva preċedenti RUN2DATE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23, 45-51)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Novembru 2010 (Każ R 349/2010‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Run2Day Franchise BV u Runners Point Warenhandels GmbH.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-11 ta’ Novembru 2010 (Każ R 349/2010‑1) hija annullata.
2)
L-UASI u Runners Point Warenhandels GmbH għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti minn Run2Day Franchise BV.
Full & Egal Universal Law Academy