Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2011 – Häfele vs UASI (Infront)
(Kawża T-166/11)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Infront – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 22, 23, 25, 26, 34)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Jannar 2011 (Każ R 1711/2010‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “Infront” bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Häfele GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy