Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Ġunju 2012 — Hotel Reservation Service Robert Ragge vs UASI — Promotora Imperial (iHotel)
(Kawża T-277/11)
“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali iHotel — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti i-hotel — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta' trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 34, 42, 73, 93, 96)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta' Frar 2011 (Każ R 832/2010-1), fir-rigward ta' proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Promotora Imperial, SA u Hotel Reservation Service Robert Ragge GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Hotel Reservation Service Robert Ragge GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-UASI.
Full & Egal Universal Law Academy