12.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/25
Rikors ippreżentat fil-24 ta’ Jannar 2011 — Kyocera Mita Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-35/11)
2011/C 80/49
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kyocera Mita Europe BV (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli
—
tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (1) u b’mod partikolari s-subdiviżjonijiet introdotti taħt is-Sistema Armonizzata (iktar ’il quddiem is-“SA”) subintestatura 8443 31 u r-rati ta’ dazju korrispondenti, u
—
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq motivi li huma identiċi għal dawk imressqa mir-rikorrent fil-Kawża T-34/11, Canon Europa vs Il-Kummissjoni.
(1) ĠU 2010 L 284, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy