16.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 120/14
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2011 — AU Optronics vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-94/11)
2011/C 120/34
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: AU Optronics Corp. (Hsinchu, it-Tajwan) (rappreżentanti: B. Hartnett, Barrister u O. Geiss, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 8761 finali tat-8 ta’ Diċembru 2010 fil-Każ COMP/39.309 — LCD — Liquid Crystal Displays, sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti;
—
sussidjarjament, tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti; u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq tmien motivi.
(1)
L-ewwel motiv jallega li l-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi, suffiċjentment skont il-liġi u sal-livell ta’ prova mixtieq, li l-Kummissjoni kellha l-ġurisdizzjoni li tapplika l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, peress li:
—
Il-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni territorjali;
—
Il-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi li l-allegat ftehim kellu effett immedjat, sostantiv u previdibbli fiż-ŻEE
(2)
It-tieni motiv jallega li l-Kummissjoni manifestament wettqet żball ta’ liġi u ta’ fatt meta applikat l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.
(3)
It-tielet motiv jallega li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.
(4)
Ir-raba’ motiv jallega li l-Kummissjoni wettqet żball meta stabbilixxit it-tul tal-ksur.
(5)
Il-ħames motiv jallega li l-Kummissjoni manifestament wettqet żball meta stabbilit l-ammont bażiku tal-multa, b’mod partikolari peress li:
—
Il-Kummissjoni manifestament wettqet żball meta kkalkolat il-valur tal-bejgħ;
—
Il-Kummissjoni manifestament wettqet żball billi naqset milli tikkunsidra l-aġir individiwali tar-rikorrenti meta evalwat il-gravità tal-ksur.
(6)
Is-sitt motiv jallega li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi motivazzjoni xierqa meta evalwat il-gravità tal-ksur.
(7)
Is-seba’ motiv jallega li l-Kummissjoni applika b’mod żbaljat l-Avviż ta’ Klemenza (1) tal-2002 peress li:
—
Il-Kummissjoni manifestament wettqet żball billi ma stabbilixxitx li l-kooperazzjoni tar-rikorrenti tirrappreżenta valur miżjud li huwa sinjifikattiv ħafna li jistħoqqilha tnaqqis sa jew kważi sal-quċċata tal-iskala 20 % — 30 %;
—
Il-Kummissjoni manifestament wettqet żball ta’ liġi billi bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq kriterji li ma humiex ipprovduti fl-Avviż ta’ Klemenza tal-2002; u
—
Konsegwentement, il-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.
(8)
It-tmien motiv jallega li l-Kummissjoni kisret id-dritt għal smigħ xieraq tar-rikorrenti u, għalhekk, kisret l-Artikolu 47 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, peress li:
—
Ir-rikorrenti ġiet imċaħħda mill-opportunità li teżamina jew tagħmel kontroeżami tax-xhieda;
—
Ir-rikorrenti ġiet imċaħħda mill-opportunità li tikkummenta fuq il-kalkolu tal-multa imposta fuqha;
—
Il-multa ġiet imposta wara seduta orali li ma kinitx pubblika u li għaliha l-awtorità kontraenti ma attenditx; u
—
Id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata minn korp amministrattiv, u l-ebda korp ġudizzjarju ma għandu l-ġurisdizzjoni li jistħarreġ l-aspetti kollha tagħha.
(1) Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 155)
Full & Egal Universal Law Academy