7.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/23
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2011 — vs UASI — Pelikan (Pelikan)
(Kawża T-136/11)
2011/C 139/44
Lingwa tar-rikors: is-Slovakk
Partijiet
Rikorrenti: s.r.o. (Bratislava, ir-Repubblika Slovakka) (rappreżentant: M. Chlipala, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG (Hannover, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta’ Diċembru 2010, fil-Każ R 1428/2009-2,
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “Pelikan” għas-servizzi fil-klassijiet 35 u 39 (Trade mark Komunitarja Nru 3 325 941).
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: meta ppreżenta l-applikazzjoni għal trade mark l-applikant aġixxa in mala fede [Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1)].
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li, skont ir-rikorrenti, l-UASI ma evalwax korrettament iċ-ċirkustanzi fattwali tal-kwistjoni kif ukoll il-provi ppreżentati u wettaq żball ta’ liġi, sabiex b’hekk wasal għall-konklużjoni li l-applikazzjoni għal trade mark inkwistjoni ma ġietx ippreżentata in mala fede.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE), Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy