30.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 130/22
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2011 — Ahouma vs Il-Kunsill
(Kawża T-138/11)
2011/C 130/43
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Brouha Nathanaël Ahouma (Abidjan, il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: G. Collard, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tikkonstata li, rigward ir-rikorrent, B.N. Ahouma, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill, tal-14 ta’ Jannar 2011, ippubblikati fil-15 ta’ Jannar 2011 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ma humiex fondati fil-fatt,
—
konsegwentement,
—
tannulla r-Regolament tal-Kunsill UE Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK tal-14 ta’ Jannar 2011;
—
sussidjarjament, tordna li l-isem ta’ B.N. Ahouma jitneħħa mil-listi annessi mal-imsemmi regolament u mal-imsemmija deċiżjoni.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-137/11, Guiai Bi Poin vs Il-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy