30.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 130/23
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2011 — Dogbo vs Il-Kunsill
(Kawża T-141/11)
2011/C 130/46
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Blé Brunot Dogbo (Abidjan, ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: G. Collard, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tikkonstata li, fir-rigward tar-rikorrent, Blé Brunot DOGBO, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, ippubblikati fil-15 ta’ Jannar 2011 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ma għandhomx bażi fattwali,
—
għalhekk,
—
tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011;
—
sussidjarjament, tordna li l-isem Blé Brunot DOGBO jitneħħa mil-listi annessi fl-istess Regolament u Deċiżjoni.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali msemmija mir-rikorrent huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk imsemmija fil-kuntest tal-Kawża T-137/11, Guiai Bi Poin vs Il-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy