14.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/36
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2011 — PASP et vs Il-Kunsill
(Kawża T-177/11)
2011/C 145/60
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Port autonome de San Pedro (PASP) (San Pedro, il-Côte d’Ivoire), Port autonome d’Abidjan (Abidjan, il-Côte d’Ivoire), Société de gestion du patrimoine du secteur de l’électricité (Sogepe) (Abidjan) (rappreżentant: M. Ceccaldi, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni 2011/18/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jistabbilixxi miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet u b’mod partikolari fir-rigward tal-kumpanniji rikorrenti, jiġifieri PORT AUTONOME DE SAN PEDRO, PORT AUTONOME D’ABIDJAN, société de gestion du patrimoine du secteur de l’électricité imsejħa SOGEPE;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-142/11, SIR vs Il-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy