2.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/14
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2011 — COMPLEX S.A. vs UASI — Kajometal 5KX)
(Kawża T-206/11)
2011/C 194/22
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: COMPLEX S.A. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: M. R. Rumpel, konsulent legali)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kajometal s.r.o. (Dolny Kubin, is-Slovakkja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors bħala fondat;
—
tannulla d-deċiżjoni mogħtija fil-21 ta’ Jannar 2011 mit-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każ R 864/2010-2;
—
tissostitwixxi din id-deċiżjoni b’oħra li tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark KX Nru 61225405;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Kajometal s.r.o.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali KX għall-prodotti fil-klassi 7.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: COMPLEX S.A.
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja verbali Nru 3 588 241 CX, irreġistrata għall-prodotti fil-klassi 7, it-trade mark Komunitarja grafika Nru 397 932 CX PRECISION BEARINGS, irreġistrata għall-prodotti fil-klassi 7.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) fuq it-trade mark Komunitarja, peress li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy