2.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/16
Rikors ippreżentat fit-15 ta’ April 2011 — José Luis Otero Gonzàlez vs UASI — Apli-Agipa (AGIPA)
(Kawża T-219/11)
2011/C 194/25
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: José Luis Otero González (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Correa, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apli-Agipa SAS (Dormans, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-14 ta’ Frar 2011 fil-Każ R 0556/2010-2, sa fejn jirrigwarda l-ilqugħ parzjali tal-prodotti li ġejjin: “ritratti, adeżivi, sustanza li twaħħal għall-użu ta’ kartolerija u tad-dar, pniezel, tajprajters u oġġetti neċessarji għall-uffiċċju (apparti l-għamara), materjal għat-tagħlim jew għat-taħriġ (ħlief apparat); materjali tal-plastik għall-ippakkjar (mhux inklużi fi klassijiet oħra), tipa tal-printer; inċiżjonijiet tal-istampar”.
—
tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5.676.721 “AGIPA” fir-rigward tal-prodotti kollha aċċettati fil-klassi 16.
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: APLI-AGIPA S.A.S.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “AGIPA” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 676 721) għal prodotti fil-klassi 16.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali Spanjola “AGIPA” (Nru 2.216.879) u t-trade mark figurattiva Spanjola li fiha l-element verbali “a — agipa” (Nru 1.269.511), it-tnejn li huma rreġistrati għal prodotti fil-klassi 16.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ parzjalment.
Motivi invokati: Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy