2.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/17
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2011 — Siemens vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-223/11)
2011/C 194/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Siemens AG (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Risse, R. Harbsst u H. Haller, avukati)
Konvenuta: Il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tikkundanna lill-konvenuta tħallasaha l-ammont ta’ EUR 16 114 147, flimkien mal-interessi b’rata ta’ 8 punti perċentwali ogħla mir-rata bażika fis-seħħ fil-Ġermanja mill-20 ta’ April 2011; u
—
tikkundanna lill-konvenuta tirrimborsa lir-rikorrenti, b’indennizz sħiħ, l-ispejjeż tal-avukati u l-ispejjeż l-oħra sostnuti minnha fil-proċeduri preżenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
(1)
L-ewwel motiv li permezz tiegħu r-rikorrenti ssostni li taħt il-kuntratt konkluż mal-konvenuta, hija għandha dritt għall-kumpens tal-ispejjeż addizzjonali sostnuti minnha.
(2)
It-tieni motiv li permezz tiegħu r-rikorrenti ssostni, sussidjarjament, li tali kumpens għandu jitħallas taħt il-liġi Ġermaniża, applikabbli fuq il-kuntratt, b’mod iktar speċifiku, taħt it-Taqsima 313 tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż (BGB).
Full & Egal Universal Law Academy