2.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/17
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2011 — Caventa AG vs UASI
(Kawża T-224/11)
2011/C 194/28
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Caventa AG (Rekingen, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Anson’s Herrenhaus KG (Düsseldorf, il Ġermanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni), tal-10 ta’ Frar 2011, fil-Każ R 1491/2010-1;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Caventa AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata: il-kelma “BERG” għal prodotti fil klassijiet 25 u 28 (Applikazzjoni Nru 7 115 009)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Anson’s Herrenhaus KG
Trade mark jew sinjal invokat: il-kelma “Christian Berg” għal prodotti u servizzi fil klassijiet 3, 18, 25 u 35 (Trade mark Komunitarja Nru 338 36 76), filwaqt li l oppożijjoni hija diretta kontra r-reġistrazzjoni ta' prodotti fil-klassijiet 25 u 28.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2099, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kkonsolidata) (ĠU L 78, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy