9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/25
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2011 — Lidl Stiftung vs UASI — Lactimilk (BELLRAM)
(Kawża T-237/11)
2011/C 204/46
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Träger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appel: Lactimilk, SA (Madrid, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta’ Marzu 2011, fil-Każ R 1154/2009-4; u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “BELLRAM” għal prodotti fil-klassi 29 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 5074281
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni ta’ trademark Spanjola Nru 2414439, tat-trade mark figurattiva “RAM”, għal prodotti fil-klassi 29; Reġistrazzjoni ta’ trad emark Spanjola Nru 98550, tat-trade mark figurattiva “RAM”, għal prodotti fil-klassi 29; Reġistrazzjoni ta’ trade mark Spanjola Nru 151890, tat-trade mark verbali “RAM”, għal prodotti fil-klassi 29
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ir-rikorrenti tressaq ħames motivi insostenn tar-rikors tagħha.
Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 63(2), 75 u 76 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (iktar ’il quddiem ir-“RTM”), u tikser id-dritt għal smigħ tagħha, peress li l-Bord tal-Appell ma talabx lill-partijiet sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-intenzjoni tiegħu li jissostiwixxi l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni inkwistjoni, invokata insostenn tal-oppożizzjoni.
Permezz tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 41 tar-RTM, moqrija flimkien mar-Regola 15(2)(f) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, peress li l-Bord tal-Appell ħa inkunsiderazzjoni prodotti li ma ġewx identifikati b’mod korrett fl-oppożizzjoni u li ma ġiex osservat it-terminu għall-preżentata tal-oppożizzjoni.
Permezz tat-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 42(2), 42(3) u 15 tar-RTM, peress li l-Bord tal-Appell ma evalwax korrettament in-natura tal-prodotti rreġistrati, minkejja l-provi tal-użu ppreżentati.
Permezz tar-raba’ motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 76 rar-RTM moqrija flimkien mar-Regola 50(1), u r-Regola 19(1) u (3) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, peress li l-Bord tal-Appell b’mod żbaljat ibbaża ruħu fuq l-allegat karattru distintiv iktar sinjifikattiv tat-trade mark preċedenti.
Fl-aħħar, permezz tal-ħames motiv tagħha, ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-RTM, peress li l-Bord tal-Appell qies b’mod żbaljat li kien hemm xebh kbir bejn il-prodotti. Fir-rigward tax-xebh bejn it-trade marks, il-Bord tal-Appell naqas milli jqis li t-trade marks ma kienux jixxiebħu, jew li kieny jixxiebħu ftit minħabba n-natura uniformi ta’ “BELLRAM” fil-lingwa Spanjola. Ma jistax ikun hemm konfużjoni bejn it-trade marks “BELLRAM” u “RAM” peress li l-prodotti huma ftit li xejn simili u t-trade marks ma humiex simili jew huma ftit li xejn simili.
Full & Egal Universal Law Academy