16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/28
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2011 — International Engine Intellectual Property Company vs UASI (PURE POWER)
(Kawża T-248/11)
2011/C 211/60
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: International Engine Intellectual Property Company, LLC (Warrenville, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Thomas u B. Reiter, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Frar 2011 fil-Każ R 2310/2010-2;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż;
—
tiffissa data għal seduta fil-każ li l-Qorti Ġenerali ma tkunx tista’ tiddeċiedi l-kawża mingħajr seduta.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PURE POWER” għal prodotti fil-klassi 12
Deċiżjoni tad-dipartiment “Trade marks u Reġistru: Applikazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), (c) u 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 kif ukoll tal-‘prinċipji ġenerali tal-liġi tat-trade marks’, peress li l-Bord tal-Appell sab li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kienet ta” natura deskrittiva tal-prodotti li għalihom kienet intalbet reġistrazzjoni kif ukoll nieqsa minn karattru distintiv.
Full & Egal Universal Law Academy