23.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 219/18
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2011 — European Goldfields vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-261/11)
2011/C 219/28
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Goldfields Ltd (Whitehorse, il-Kanada) (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, E. Petritsi, E. Trova u P. Skouris, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni C(2011) 1006 finali tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Frar 2011 — li tiddikjara s-sussidju mogħti mill-awtoritajiet Griegi favur l-impriża tal-minjieri Ellinikos Xrysos bħala għajnuna mill-Istat illegali — u b’mod partikolari l-Artikoli 1 sa 5 ta’ din id-deċiżjoni; u
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-ħames motivi li ġejjin:
(1)
L-ewwel motiv
Fil-konstatazzjoni u l-evalwazzjoni tal-fatti tal-każ ineżami, il-Kummissjoni wettqet għadd ta’ żbalji manifesti li affettwaw b’mod materjali l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tagħha tal-kundizzjonijiet — previsti fl-Artikolu 107(1) TFUE — għall-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku għal Ellinikos Xrysos.
(2)
It-tieni motiv
Fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-parti tad-definizzjoni tal-għajnuna mill-Istat — fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE — li tirrigwarda l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku, il-Kummissjoni għamlet żball manifest ta’ liġi peress li hija applikat b’mod inkorrett jew b’mod żbaljat il-prinċipju rilevanti li huwa dak tal-investitur f’ekonomija tas-suq.
(3)
It-tielet motiv
Fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-kundizzjoni — meħtieġa fl-Artikolu 107(1) TFUE — tal-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku, il-Kummissjoni wettqet għadd ta’ żbalji manifesti ta’ liġi meta stabbilixxiet, fuq il-bażi tal-argumenti infondati, selettivi u arbitrarji tagħha stess dwar l-allegat valur tal-assi ttrasferiti, tali vantaġġ ekonomiku.
(4)
Ir-raba’ motiv
Fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-kundizzjoni — meħtieġa fl-Artikolu 107(1) TFUE — tal-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku, il-Kummissjoni wettqet għadd ta’ żbalji ta’ liġi meta kkonkludiet, b’mod żbaljat, li l-allegata eżenzjoni mit-taxxi favur Ellinikos Xrysos kienet tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku.
(5)
Il-ħames motiv
Il-Kummissjoni kisret ir-regoli proċedurali essenzjali u abbużat mill-poter tagħha, bi ksur għalhekk tal-obbligu tagħha li teżamina l-każ b’mod diliġenti u imparzjali.
Full & Egal Universal Law Academy