23.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 219/20
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2011 — El Gazaerly vs Il-Kunsill
(Kawża T-266/11)
2011/C 219/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Naglaa Abdallah El Gazaerly (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Pannick, QC (Queen’s Counsel), R. Lööf, Barrister, u M. O’Kane, Solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, p. 63);
—
tannulla, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011, tal-21 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, p. 4), li jimplementa d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK;
—
tordna lill-konvenut iħallas danni fl-ammont ta’ EUR 10 000; u
—
tordna li l-konvenut ibati l-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
(1)
L-ewwel motiv jallega li l-Artikolu 29 TUE huwa bażi legali żbaljata u/jew insuffiċjenti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK, peress li:
—
id-deċiżjoni msemmija iktar ’il fuq ma ssegwix għan ta’ politika barranija;
—
l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni (u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011) tikkostitwixxi abbuż ta’ poter; u
—
l-inklużjoni tar-rikorrenti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK (u r-regolament korrispondenti) kienet irrazzjonali.
(2)
It-tieni motiv jallega li l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-kuntest tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 jikser id-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.
(3)
It-tielet motiv jallega li l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-kuntest tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
(4)
Ir-raba’ motiv jallega li r-rikorrenti sofriet danni b’riżultat dirett tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011, liema danni għandhom jitħallsu mill-Unjoni.
Full & Egal Universal Law Academy