30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/30
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2011 — Kadio Morokro vs Il-Kunsill
(Kawża T-316/11)
2011/C 226/59
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mathieu Kadio Morokro (Cocody, Côte d’Ivoire) (rappreżentant: S. Le Damany, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/221/PESK, tas-6 ta’ April 2011 (1), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011 (2), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent,
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni sa fejn id-deċiżjoni u r-regolament ikkontestati jiksru l-Artikolu 296 TFUE li jistipula li l-atti legali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu mmotivati. Minn naħa, ir-rikorrent isostni li l-motivi ma jippermettux li wieħed jifhem ir-raġunijiet li għalihom ir-rikorrent tniżżel fil-lista tal-persuni, li tidher fl-Anness tad-Deċiżjoni u tar-regolament, kontra liema ttieħdu ċerti miżuri restrittivi, u min-naħa l-oħra, li dan in-nuqqas ta’ motivazzjoni jċaħħad lir-rikorrent mill-possibbiltà li jikkontesta b’mod utli l-miżuri restrittivi li ġew imposti fuqu.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/221/PESK, tas-6 ta’ April 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 93, p. 20).
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 93, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy