27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/36
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2011 — UCP Backus y Johnston vs UASI (Forma ta’ flixkun)
(Kawża T-323/11)
2011/C 252/82
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Unión de Cervecerías Peruanas Backus y Johnston SAA (Lima, il-Perù) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tikkonstata l-introduzzjoni fit-terminu mogħti u fil-forma meħtieġa rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Marzu 2011, fil-Każ R 2238/2010-2 u,
—
fi tmiem il-proċeduri applikabbli, tannulla l-imsemmija deċiżjoni u tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali li tikkonsisti fil-forma ta’ flixkun (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 592 081), għal prodotti fil-klassi 32 (“birra”).
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy