27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/39
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2011 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-339/11)
2011/C 252/88
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/244/UE, tal-15 ta’ April 2011, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), fil-parti li hija s-suġġett tar-rikors preżenti, u
—
tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka li fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni teskludi mill-finanzjament ċerti spejjeż tal-ġestjoni ambjentali tal-imballaġġ (li jikkorrispondu għas-snin 2006, 2007 u 2008), li jammontaw għal EUR 37 252 551,10.
F’dan ir-rigward ir-rikorrent jiddikjara li permezz tad-Deċiżjoni 2010/152/UE, il-Kummissjoni eskludiet mill-finanzjament akkarigu tal-FAEGG is-somma ta’ EUR 33 339 525,05, relatata mal-għajnuna għall-programmi operazzjonali, billi kkunsidrat li l-għajnuna Komunitarja intiża sabiex tkopri l-ispejjeż sostnuti għall-ġestjoni ambjentali tal-imballaġ matul is-snini ta’ bejn l-2003 u l-2006 ma kinitx ingħatat skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Ewropea. Din id-deċiżjoni kienet is-suġġett ta’ rikors għal annullament ippreżentat mir-Renju ta’ Spanja, rikors li huwa attwalment pendenti fil-Kawża T-230/10.
L-argumenti mressqa insostenn ta’ dan ir-rikors huma identiċi għal dawk imressqa fil-Kawża T-230/10.
Full & Egal Universal Law Academy