27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/44
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2011 — Bimbo vs UASI — Grupo Bimbo (GRUPO BIMBO)
(Kawża T-357/11)
2011/C 252/95
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grupo Bimbo, SAB de CV (Messiku, il-Messiku)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
temenda d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-14 ta’ April 2011, skont l-Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009, minħabba ksur tal-Artikolu 8(5) ta’ dan ir-regolament, billi tiċħad, fl-intier tagħha, it-trade mark figurattiva Nru 5 025 598“GRUPO BIMBO”, għall-prodotti u servizzi kollha msemmijin.
—
sussidjarjament, u biss fil-każ li l-ewwel talba tiġi miċħuda, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-14 ta’ April 2011 minħabba ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.
—
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Grupo Bimbo, S.A.B. de C.V.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “GRUPO BIMBO” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 025 598), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 29, 30, 31, 32, 35 u 43.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Spanjola “BIMBO” (Nru 2 689 432) għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30 kif ukoll diversi trade marks figurattivi Spanjoli (Nru 464 785, Nru 2 244 562, Nru 2 244 563 u Nru 2 255 097) li jinkludu l-element verbali “BIMBO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30, 31, 32, 35 u 42.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment.
Motivi invokati: interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja, peress li, wara li kkunsidra li t-trade marks “BIMBO” tal-parti li qed topponi huma magħrufa sew fis-suq Spanjol u li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni “GRUPO BIMBO” hija prattikament identika għal dawk tal-parti li qed topponi, il-Bord tal-Appell aċċetta parzjalment ir-reġistrazzjoni ta’ din it-trade mark għar-raġuni li l-parti li qed topponi ma pprovatx il-vantaġġ indebitu miksub mit-trade marks tagħha jew ir-riskju għar-reputazzjoni jew il-karattru distintiv tat-trade marks tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy