8.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 298/19
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2011 — Fercal — Consultadoria e Serviços vs UASI — Parfums Rochas (PATRIZIA ROCHA)
(Kawża T-360/11)
2011/C 298/34
Lingwa tar-rikors: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: FERCAL — CONSULTADORIA E SERVIÇOS, LDa (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: A. J. Rodrigues, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Parfums Rochas SAS
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI R 2355/2010-2, tal-21 ta’ April 2011, mogħtija fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Patrizia Rocha vs Rochas, u, konsegwentement, teżamina l-appell mid-deċiżjoni tas-27 ta’ Settembru 2010 fil-kuntest tal-oppożizzjoni B-001559361
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: PATRIZIA ROCHA
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Parfums Rochas SAS
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni:“ROCHAS”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell iddikjarat inammissibbli
Motivi invokati: It-terminu prefiss għall-ppreżentata tar-rikors kien jiskadi fit-28 ta’ Jannar 2011.
Ir-rikorrenti wettqet it-trażmissjoni permezz tas-servizz tal-posta fis-27 ta’ Jannar 2011, il-jum qabel l-aħħar jum tat-terminu.
Full & Egal Universal Law Academy