10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/54
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2011 — Monier Roofing Components vs UASI (CLIMA COMFORT)
(Kawża T-371/11)
2011/C 269/119
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Monier Roofing Components GmbH (Oberursel, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Ekey, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta’ April 2011, Każ R 2026/2010-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “CLIMA COMFORT” għall-prodotti fil-klassi 17 — Applikazzjoni Nru 9 175 324.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn (i) il-Bord tal-Appell, mingħajr ma sema’ lir-rikorrenti dwar il-mertu, beda minn kunsiderazzjonijiet fiżiċi żbaljati, (ii) il-Bord tal-Appell kien obbligat li jiċċara ex officio l-fatti u (iii) il-Bord tal-Appell ma kienx irrikonoxxa l-kwalità u l-iskop tal-prodotti inkwistjoni u wasal għal kunsiderazzjonijiet żbaljati dwar it-tifsira tas-sinjal “CLIMA COMFORT” fir-rigward tal-prodotti inkwistjoni.
Full & Egal Universal Law Academy