24.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/29
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2011 — Palirria Souliotis vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-380/11)
2011/C 282/60
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Anonymi Viotechniki kai Emporiki Etairia Kataskevis Konservon — Palirria Souliotis AE (Psacha, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2011, tas-6 ta’ Mejju 2011, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 122, p. 63); u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
(1)
L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret rekwiżit proċedurali essenzjali peress li naqset li tikkonsulta b’mod xieraq lill-Kumitat tan-Nomenklatura. Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tindirizza l-opinjoni mressqa mir-rikorrenti.
(2)
It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni qabżet il-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mill-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).
(3)
It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni għamlet żball ta’ liġi meta kklassifikat il-weraq tal-għeneb mimli ppreżervat fil-landa taħt il-kodiċi NM mniżżel fl-anness tar-regolament ikkontestat.
Full & Egal Universal Law Academy