24.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/31
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2011 — Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill
(Kawża T-384/11)
2011/C 282/63
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Safa Nicu Sepahan (Isfahan, l-Iran) (rappreżentant: A. Bahrami, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara nulla u bla effett l-entrata Nru 19 tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU 2010 L 281, p. 1) kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011 L 136, p. 26);
—
tiddikjara li l-konvenut kiser l-Artikolu 265 TFUE billi naqas milli jeżamina t-talba għal eżami mill-ġdid tal-entrata Nru 19 ippreżentata mir-rikorrenti fis-7 ta’ Ġunju 2011;
—
tordna t-tneħħija ta’ isem ir-rikorrenti mil-lista ta’ sanzjonijiet adottati mill-Unjoni Ewropea;
—
tagħti lir-rikorrenti kumpens ta’ ammont li jiġi stabbilit fil-kuntest tal-proċeduri preżenti iżda ta’ minimu ta’ EUR 2 000 000, u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
(1)
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kunsill peress li l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi hija żbaljata, ekwivoka, mhux preċiża, inkompleta u b’hekk totalment illegali.
(2)
It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas manifest ta’ indikazzjoni mill-Kunsill tar-raġunijiet tal-inklużjoni tal-isem tar-rikorrenti fil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi.
Full & Egal Universal Law Academy