24.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/40
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2011 — Prosegur Compañía de Seguridad vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-406/11)
2011/C 282/76
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Prosegur Compañía de Seguridad, S.A. (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro u M. Muñoz de Juan, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara ammissibbli u tilqa’ t-talba għal prova;
—
tiddikjara ammissibbli u tilqa’ l-motivi ta’ annullament ta’ dan ir-rikors;
—
tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni sa fejn dan jiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat;
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni sa fejn dan jiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS, meta applikat għall-akkwist ta’ ishma li jimplikaw il-ksib ta’ kontroll, jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat;
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni sa fejn dan jagħmel l-ordni ta’ rkupru applikabbli għal operazzjonijiet li seħħew qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni finali li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors fil-ĠUUE;
—
sussidjarjament tannulla l-Artikolu 1(1) u sussidjarjemant l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni sa fejn dawn jirreferu għal operazzjonijiet fl-Arġentina, fil-Peru u fil-Kolombja, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 9566, tat-12 ta’ Jannar 2011, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma f’entitajiet barranin.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma identiċi għal dawk diġà invokati fil-Kawża T-399/11, Banco de Santander u Santusa Holding vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy