8.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 298/21
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2011 — Laboratoire Bioderma vs UASI — Cabinet Continental (BIODERMA)
(Kawża T-427/11)
2011/C 298/40
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoire Bioderma (Lyon, Franza) (rappreżentant: A. Teston, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cabinet Continental (Pariġi, Franza)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Frar 2011;
—
tiċħad il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark irreġistrata mressqa mill-kumpannija Cabinet Continental;
—
tikkundanna lill-UASI u/jew lil min għamel it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għall-ispejjeż kollha sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors;
—
tikkundanna lil min għamel it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għall-ispejjeż kollha sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “BIODERMA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 44 — Trade mark Komunitarja Nru 3 136 892.
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Laboratoire Bioderma
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Cabinet Continental
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ġiet ippreżentata abbażi tal-Artikolu 52(1)(a) u l-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament Nru 207/2009.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 3 136 892.
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (c), u 75 tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata f’dak li tikkonċerna fost oħrajn it-tifsira tat-trade mark ikkonċernata bil-lingwa Griega u l-perċezzjoni tal-imsemmija trade mark mill-pubbliku Grieg.
Full & Egal Universal Law Academy