24.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/47
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2011 — Telefónica vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-430/11)
2011/C 282/86
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Telefónica, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado, avukat, M. Núñez-Müller, avukat, u J. Domínguez Pérez, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni;
—
sussidjarjament, tannulla parzjalment l-Artikolu 1(4) u (5) tad-Deċiżjoni;
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni, jew temenda l-portata tiegħu kif xieraq, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Jannar 2011, fil-Każ Nru C 45/2007 (ex NN 51/2007, ex CP 9/2007), dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin implimentata minn Spanja.
Il-motivi u l-argumenti priċipali huma dawk li diġà ġew invokati fil-Kawża T-429/11 BBVA vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy