8.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 298/22
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2011 — Universal Display vs UASI (UniversalPHOLED)
(Kawża T-435/11)
2011/C 298/41
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Universal Display Corp. (New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Poulter u C. Lehr, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta’ Mejju 2011, fil-Każ R 215/2011-2; u
—
tilqa’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja u tippermetti li tiġi ppubblikata;
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “UniversalPHOLED” għal prodotti fil-klassi 1 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru W01015224
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fl-evalwazzjoni tiegħu dwar il-possibbiltà ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “UniversalPHOLED”.
Full & Egal Universal Law Academy