1.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 290/19
Appell ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2011 mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-26 ta’ Mejju 2011 fil-Kawża F-83/09 — Kalmár vs Europol
(Kawża T-455/11 P)
2011/C 290/27
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Appellant: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann, D. El Khoury u J. Arnould, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u E. Antypas)
Appellat: Andreas Kalmár (Den Haag, Il-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla s-sentenza appellata u tiddeċiedi l-mertu sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
(a)
annulla d-deċiżjoni tal-4 ta’ Frar 2009 li permezz tagħha d-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) xolja l-kuntratt għal żmien determinat ta’ A. Kalmár, id-deċiżjoni tal-24 ta’ Frar 2009 li permezz tagħha d-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija llibera lill-parti kkonċernata mill-obbligu li taħdem iż-żmien ta’ preavviż u kif ukoll id-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2009 li ċaħdet l-ilment tal-parti kkonċernata;
(b)
kkundanna lill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għall-ħlas tad-danni sostnuti minn A. Kalmár fl-ammont ta’ EUR 5 000; u
(ċ)
kkundanna lill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għall-ispejjeż tiegħu stess u kif ukoll għal dawk sostenuti minn A. Kalmár;
—
tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż kollha tal-kawża kemm dawk sostnuti fl-ewwel istanza u kif ukoll dawk sostnuti fl-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka sitt aggravji.
(1)
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu li ma jiddeċidix ultra petita u fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża. Skont l-appellant, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq l-eżami tiegħu fuq il-bażi ta’ allegazzjonijiet li huma differenti minn dawk imressqa mill-appellat.
(2)
It-tieni aggravju, ibbażat fuq opinjoni legali żbaljata fl-evalwazzjoni tal-leġittimità tad-deċiżjonijiet ikkontestati. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku applika b’mod żbaljat, b’mod partikolari, l-obbligu ta’ viġilanza u l-obbligu ta’ motivazzjoni.
(3)
It-tielet aggravju, ibbażat fuq opinjoni legali żbaljata tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku dwar is-suġġett tat-talba intiża għall-annullament. Skont l-appellant, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kellu jikklassifika d-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2009 bħala deċiżjoni li tista’ tiġi kkontestata u li hija wkoll suġġetta għall-istħarriġ ġudizzjarju.
(4)
Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq diversi żbalji fis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku dwar il-punt li l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija “bl-ebda mod” ma ħa inkunsiderazzjoni l-“fatti rilevanti u li ma jistgħux jiġu injorati” fid-deċiżjoni li l-parti kkonċernata tiġi lliberata mill-obbligu tal-preavviż jew għamel dan “mingħajr l-attenzjoni meħtieġa”.
(5)
Il-ħames aggravju, ibbażat fuq il-motivazzjoni insuffiċjenti tas-sentenza appellata.
(6)
Is-sitt aggravju, ibbażat fuq il-konstatazzjoni żbaljata ta’ kumpens għad-danni.
Full & Egal Universal Law Academy