8.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 298/27
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awissu 2011 — Valeo Vision vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-457/11)
2011/C 298/51
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Valeo Vision (Bobigny, Franza) (rappreżentant: R. Ledru, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla, fl-intier tiegħu, ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 603/2011, tal-20 ta’ Ġunju 2011, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka, fl-uniku motiv tagħha, il-ksur tar-regoli ta’ klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda sa fejn ir-rikorrenti tqis li r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni Nru 1, 3(a), 3(b), 3(ċ) u 6, in-nota Nru 2(a) tat-Taqsima XVI u n-nota Nru 8 tal-Kapitolu 85 tan-Nomeklatura Magħquda jwasslu, minn naħa, għall-klassifikazzjoni tal-“kard elettronika LED” fl-intestatura 8541 jew, sussidjarjament, fl-intestatura 8542 tan-Nomenklatura Magħquda u, min-naħa l-oħra, għall-esklużjoni tal-klassifikazzjoni fl-intestatura 8512. Ir-rikorrenti tikkontesta, minn naħa, il-motivazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-Kummissjoni u ssostni, min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ fundament u ta’ bażi legali għall-motivazzjoni tar-regolament ta’ klassifikazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy