19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/25
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2011 — Natura Selection vs UASI — Menard (natura)
(Kawża T-461/11)
2011/C 340/52
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Natura Selection, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ernest Menard SA (Bourseul, Franza)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tilqa’ dan ir-rikors,
—
tordna lill-UASI jinkludi fil-proċedimenti l-provi ta’ reputazzjoni li tirreferi għalihom ir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti tal-appell R 2454/2010-2 u identifikati fil-punt 39 tal-appell;
—
tannulla d-deċiżjoni tat-8 ta’ Ġunju 2011 fil-Każ R 2454/2010-2, mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-21 ta’ Ottubru 2010 mogħtija fil-Każ B 1072513;
—
tilqa’ r-reġistrazzjoni totali tat-trade mark figurattiva Nru 4 713 368“natura”, ikkontestata mill-oppożizzjoni Nru B 1072513 għal prodotti fil-klassi 20;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “natura” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 14, 20, 25 u 35.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ernest Menard SA.
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “natura” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 19 u 20
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li ma teżistix possibbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.
Full & Egal Universal Law Academy