29.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/23
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2011 — Colgate-Palmolive vs UASI — dm drogerie markt (360° SONIC ENERGY)
(Kawża T-467/11)
2011/C 319/49
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Colgate-Palmolive Company (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Zintler u G. Schindler, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannula d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-25 ta’ Mejju 2011, fil-Każ R 1094/2010-2; u
—
tiċħad l-oppożizzjoni
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark “360° SONIC ENERGY” għall-“ixkupilji tas-snien” fil-klassi 21 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6236533
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċediment quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni internazzjonali Nru 842882 tat-trade mark verbali “SONIC POWER” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 21
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: żamma tal-oppożizzjoni u ċaħda tal-applikazzjoni kollha għal trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell ikkonstata b’mod żbaljat probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
Full & Egal Universal Law Academy