22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/45
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2011 — Longevity Health Products vs UASI — Weleda Trademark (MENOCHRON)
(Kawża T-473/11)
2011/C 311/84
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassaw, il-Baħamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Weleda Trademark AG (Arlesheim, l-Isvizzera)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors tagħha ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Lulju 2011 fil-Każ R 2345/2010-4 u tiċħad l-oppożizzjoni mressqa minn Weleda Trademark AG kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja CTM 005050752, u
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MENOCHRON” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Weleda Trademark AG
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “MENODORON” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 44
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 207/2009 (1) sa fejn ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy