29.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/25
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2011 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-481/11)
2011/C 319/53
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla l-ħames inċiż tal-paragrafu D tal-Parti VI tal-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011, tas-7 ta’ Ġunju 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat, u
—
tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
(1)
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ attribuzzjoni ta’ ġerarkija leġiżlattiva
—
F’dan ir-rigward, huwa allegat li r-regolament ikkontestat jikser id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 113(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1).
(2)
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ abbuż ta’ poter
—
F’dan ir-rigward, huwa ddikjarat li l-Kummissjoni, meta adottat l-att ikkontestat, aġixxiet bil-għan deċiżiv li jintlaħqu għanijiet oħra differenti minn dawk imsemmija, billi ma segwietx ir-regola applikabbli adottatta mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE).
(3)
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni
—
F’dan ir-rigward, huwa allegat li l-att ikkontestat jirriżulta minn motivazzjoni żbaljata li tiġġustifika d-deċiżjoni kuntrarja għal dik li fl-aħħar ġiet adottata.
(4)
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali
—
F’dan ir-rigward, huwa allegat li l-att ikkontestat, b’mod inġustifikat, jissuġġetta l-frott taċ-ċitru għal kundizzjonijiet iktar rigorużi milli fir-rigward tal-bqija tal-frott u l-ħxejjex.
(5)
Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
—
F’dan ir-rigward, huwa allegat li l-att ikkontestat jimponi kundizzjoni iktar rigoruża ta’ tikkettar abbażi ta’ raġunijiet ineżatti, li ma humiex adattati sabiex jiġġustifikaw id-deċiżjoni li finalment ġiet adottata.
(1) ĠU L 299, p. 1; l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2010, tal-15 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 150, p. 40), u bir-Regolament (UE) Nru 1234/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 2010 (ĠU L 346, p. 11).
Full & Egal Universal Law Academy