12.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/25
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2011 — Akzo Nobel u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-485/11)
2011/C 331/49
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Akzo Nobel NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Akcros Chemicals Ltd (Warwickshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Swaak u R. Wesseling, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla kompletament jew parzjalment id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni C(2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (li issa sar l-Artikolu 101 TFEU) u l-Artkolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.589 — Stabilizzanti tas-sħana), sa fejn kienet indirizzata lir-rikorrenti;
—
alternattivament, tnaqqas il-multa imposta mill-Artikolu 1(2), (4), (19) u (21) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2011; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
(1)
L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-konvenuta b’mod żbaljat attribwixxiet responsabbiltà in solidum lir-rikorrenti u lill-kumpanniji tal-grupp Elementis u b’mod żbaljat applikat il-kunċett ta’ responsabbiltà in solidum meta ddikjarat lir-rikorenti responsabbli sabiex jaqsmu l-multa tal-kumpanniji li jagħmlu parti mill-grupp Elementis.
(2)
It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-konvenuta b’mod żbaljat emendat id-deċiżjoni tal-2009 għad-dannu tar-rikorrenti (meta rikors għal annullament tad-deċiżjoni tal-2009 għadu pendenti) bi ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi.
(3)
It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-konvenuta b’mod żbaljat emendat id-deċiżjoni tal-2009 mingħajr ma adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet supplimentari ġdida, u għalhekk kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u b’mod partikolari d-dritt għal smigħ.
Full & Egal Universal Law Academy