19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/31
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2011 — Makhlouf vs Il-Kunsill
(Kawża T-509/11)
2011/C 340/61
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mohammad Makhlouf (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: C. Rygaert u G. Karouni, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/488/PESK, tal-1 ta’ Awwissu 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja f’dak li jirrigwarda lil Mohammad (magħruf bħala Muhammad) Makhlouf;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).
(1) ĠU C 282, 24.9.2011, p. 30.
Full & Egal Universal Law Academy