3.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/25
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2011 — Volvo Trademark vs UASI — Hebei Aulion Heavy Industries (LOVOL)
(Kawża T-525/11)
(2011/C 355/46)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Volvo Trademark Holding AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentant: M. Treis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Hebei Aulion Heavy Industries Co., Ltd (Xuanhua, iċ-Ċina)
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta’ Ġunju 2011 fil-Każ R 1868/2010-1;
—
tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5029814; u
—
tordna li l-parti l-oħra fil-proċedimenti tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti fir-rigward tal-proċedura preżenti, tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell u tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “LOVOL”, għal prodotti fil-klassijiet 7 u 12 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5029814
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja Nru 2361087, tat-trade mark verbali “VOLVO”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1-9, 11-12, 14, 16-18, 20-22, 24-28 u 33-42; applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4804522, tat-trade mark figurattiva “VOLVO”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1-4, 6, 7, 9, 11-12, 14, 16, 18, 25, 28, 35-39 u 41; reġistrazzjoni bħala trade mark tar-Renju Unit Nru 747361, tat-trade mark figurattiva “VOLVO”, għal prodotti fil-klassi 12; reġistrazzjoni bħala trade mark tar-Renju Unit Nru 747362, tat-trade mark verbali “VOLVO”, għal prodotti fil-klassi 12; reġistrazzjoni bħala trade mark tar-Renju Unit Nru 1051579, tat-trade mark verbali “VOLVO”, għal prodotti fil-klassi 7; reġistrazzjoni bħala trade mark tar-Renju Unit Nru 1408143, tat-trade mark figurattiva “VOLVO”, għal prodotti fil-klassi 7
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkunsidra l-fatturi kollha rilevanti meta qabbel it-trade marks, u għalhekk ikkonstata li ma kien hemm ebda similaritajiet bejn it-trade marks. Ksur tal-istat ta’dritt relatat mal-applikazzjoni tar-Regolament, u b’mod partikolari, tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-361/04 P, Ruiz-Picasso et vs UASI tat-12 ta’ Jannar 2006, Ġabra p. I-643 u fil-Kawża C-252/07, Intel Corporation, Ġabra p. I-8823, billi l-Bord tal-Appell applikahom b’manjiera wisq riġida u formalistika, u konsegwentement, naqas milli jeżamina l-merti tal-oppożizzjoni skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy