14.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/16
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2011 — Deutsche Bank vs UASI (Leistung aus Leidenschaft)
(Kawża T-539/11)
2012/C 13/34
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Bank AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Lange, T. Götting u G. Hild, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta’ Awwissu 2011 fil-Każ R 188/2011-4;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Leistung aus Leidenschaft” għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 38.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2007, sa fejn it-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv.
Full & Egal Universal Law Academy