4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/27
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2011 — Viejo Valle vs UASI — Etablissements Coquet (Platt fond bil-kanali)
(Kawża T-567/11)
2012/C 32/56
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Viejo Valle, SA (L’Olleria, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Etablissements Coquet SA (Saint Léonard de Noblat, Franza)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors u l-annessi tigħu ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Lulju 2011, fil-Każ R 1055/2010-3;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Disinn Nru 384.912-0009, li jirrappreżenta servizz tal-platti mżejjen; platt fond.
Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju: Etablissements Coquet SA.
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, peress li d-disinn Komunitarju jikkostitwixxi użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett bil-liġjiet tad-drittijiet tal-awtur ta’ Stat Membru.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidita milqugħa.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 u tal-Artikolu 28(1)(b)(iii) tar-Regolament Nru 2245/2002 peress li r-rikorrenti ma pproduċietx debitament dokumentazzjoni dwar ix-xogħol protett li fuqu hija bbażata t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, la dwar il-proprjetà tiegħu u lanqas dwar l-għan tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy