14.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/19
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2011 — Oetker Nahrungsmittel vs UASI (La qualité est la meilleure des recettes)
(Kawża T-570/11)
2012/C 13/40
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Graf von Stosch avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Suprem tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Lulju 2011 fil-Każ R 1798/2010-G;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “La qualité est la meilleure des recettes” għal prodotti fil-klassijiet 16, 29, 30 u 32.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni parzjalment miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv.
Full & Egal Universal Law Academy