28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/59
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2011 — Solar-Fabrik vs UASI (Premium L)
(Kawża T-583/11)
2012/C 25/114
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Solar-Fabrik AG für Produktion und Vertrieb von solartechnischen Produkten (Freiburg im Breisgau, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Douglas avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Settembru 2011 fil-Każ R 246/2011-1;
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Premium L” għal prodotti fil-klassijiet 9 u 11
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha karattru distintiv.
Full & Egal Universal Law Academy