4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/29
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2011 — MPDV Mikrolab vs UASI (Lean Performance Index)
(Kawża T-598/11)
2012/C 32/60
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor (Mosbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Settembru 2011 fil-Każ R 131/2011-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-istanza.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Lean Performance Index” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35 u 42
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn it-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv u ma hijiex deskrittiva.
Full & Egal Universal Law Academy