18.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 49/28
Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2011 minn Peter Strobl kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża F-56/05 — Strobl vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-630/11 P)
2012/C 49/51
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Peter Strobl (Besozzo, l-Italja) (rappreżentant: H.-J. Rüber, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża Strobl vs Il-Kummissjoni,
—
tiddikjara żbaljata u tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta fl-ewwel istanza, tas-7 ta’ Ottubru 2004, dwar il-ħatra u l-klassifikazzjoni fi grad tiegħu,
—
tordna lill-konvenuta fl-ewwel istanza sabiex twaqqaf id-diskriminazzjoni fir-rigward tiegħu u sabiex tikkumpensa l-iżvantaġġ imġarrab minnu,
—
tikkundanna lill-konvenuta fl-ewwel istanza għall-ispejjeż legali kollha.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-aggravji segwenti:
(1)
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq l-argument li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti fir-rigward tal-esperjenza professjonali meħtieġa għall-pożizzjoni tal-appellant.
(2)
It-tieni aggravju, ibbażat fuq l-argument li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u ta interpretazzjoni kontradittorja fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-appellant u, għalhekk, naqas milli jissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni.
(3)
It-tielet aggravju, ibbażat fuq l-argument li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku naqas milli jissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward taċ-ċaħda ta’ wħud mill-argumenti tal-appellant.
(4)
Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq l-argument li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku naqas milli jissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-verifika tal-grad tal-appellant.
(5)
Il-ħames aggravju, ibbażat fuq l-argument li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma pprovdiex motivazzjoni suffiċjenti fir-rigward tan-natura applikabbli tal-ġurisprudenza rilevanti.
Full & Egal Universal Law Academy