4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/39
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2011 — Caventa AG vs UASI — Anson’s Herrenhaus (B BERG)
(Kawża T-631/11)
2012/C 32/78
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Caventa AG (Rekingen, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appel: Anson’s Herrenhaus KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Settembru 2011 fil-Każ R 2014/2010-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li fiha l-element verbali “B BERG”, għal prodotti fil-klassijiet 25 u 28
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Anson’s Herrenhaus KG
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “Christian Berg” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18, 25 u 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni miċħuda
Motivi invokati: Bejn il-prodotti kunfliġġenti ma kienx hemm xebh, bejn is-sinjali kunfliġġenti ma teżisti l-ebda probabbiltà ta’ konfużjoni.
Full & Egal Universal Law Academy