3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/13
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2011 — Hostel drap vs UASI — Aznar textil (MY drap)
(Kawża T-636/11)
2012/C 65/26
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Hostel drap, SL (Monistrol de Montserrat, Spanja) (rappreżentant: C. Prat, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aznar textil, SL (Paterna, Spanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-26 ta’ Settembru 2011, fil-Każ R 2127/2010-2;
—
tiċħad l-oppożizzjoni
—
tirrinvija l-kawża lill-UASI sabiex jirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fil-klassijiet kollha mitluba;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “MY drap” għal prodotti fil-klassijiet 16, 21 u 24.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Aznar textil, SL.
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Komunitarja u li għandha reputazzjoni “BON DRAP” għal prodotti fil-klassijiet 23, 24 u 26.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li t-trade marks kunfliġġenti ma jixxiebhux u ma teżistix probabbiltà ta’ konfużjoni bejniethom.
Full & Egal Universal Law Academy