4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/41
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2011 — Euris Consult vs Il-Parlament
(Kawża T-637/11)
2012/C 32/82
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Euris Consult Ltd (Floriana, ir-Repubblika ta’ Malta) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni tal-Parlament Ewropew meħuda fil-kuntest tas-sejħa għal offerti MT/2011/EU, li tikkonċerna l-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għal-lingwa Maltija, li tiċħad fl-istadju tal-ftuħ, l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti minħabba ksur ta’ kunfidenzjalità;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura, inkluż dawk sostnuti mir-rikorrenti;
—
tordna li r-rikorrenti tkun awtorizzata li tfittex għad-danni kkważati mid-deċiżjoni kkontestata.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
(1)
L-ewwel motiv ibbażat fuq:
—
ksur tal-Artikolu 98(1) tar-Regolament Finanzjarju, tal-Artikolu 143 tar-Regoli ta’ Implementazzjoni u tal-Artikolu 2.4 tas-sejħa għal offerti MT/2011/EU, u għaldaqstant fuq l-inapplikabbiltà tal-eċċezzjoni taħt l-Artikolu 277 TFUE;
(2)
It-tieni motiv ibbażat fuq:
—
ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;
(3)
It-tielet motiv ibbażat fuq:
—
ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali;
(4)
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq:
—
ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn l-awtorità kontraenti naqset milli tisma’ lir-rikorrenti qabel ma adottat id-deċiżjoni kkontestata;
(5)
Il-ħames motiv ibbażat fuq:
—
il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ma kellhiex motivazzjoni suffiċjenti.
Full & Egal Universal Law Academy